ŻOMM AĠĠORNAT:

David Agius ġie elett Viċ-Kap tal-Affarijiet Parlamentari u Robert Arrigo ġie elett Viċi-Kap tal-Affarijiet tal-Partit wara li saret elezzjoni fost it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista is-Sibt 18 ta’ Novembru 2017.

Matul din l-elezzjoni ġew mitfugħa 92.1% tal-voti eleġibbli minn fost it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista. Minn fost 10758 voti mitfugħa għall-kariga ta’ Viċi-Kap tal-Affarijiet Parlamentari, David Agius irċieva 5737 voti, Edwin Vassallo irċieva 4908 voti, filwaqt li 140 vot kienu invalidi. Għall-kariga ta’ Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Partit, Robert Arrigo rċieva 9168 voti, Toni Bezzina rċieva 1476 voti, filwaqt li 141 kienu invalidi.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lil Edwin Vassallo u lil Toni Bezzina li kkontestaw ukoll din l-elezzjoni biex ikunu ta’ servizz għat-tisħiħ tal-Partit Nazzjonailsta.