ŻOMM AĠĠORNAT:


Il-Partit Nazzjonalista huwa kollu kemm hu maqgħud f’solidarjeta mal-Membru Parlamentaru Ewropew David Casa u f’isem il-poplu Malti jirringrazzjah tal-kuraġġ li qed juri fil-ġlieda għad-demokrazija u l-ħarsien tas-saltna tad-dritt.

Joseph Muscat m’għandux iżjed fejn jaħrab. Il-Partit Nazzjonalista jeżiġi li toħroġ il-verita dwar dan ir-rapport sigriet ta’ investigazzjoni mill-FIAU li kkonkludiet li għandhom jittieħdu passi fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi. 

Il-Prim Ministru Joseph Muscat hu responsabbli tal-kollass tas-saltna tad-dritt għaliex minflok ma keċċa lill-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri malli inkixfu li għandhom kumpanniji sigrieti fil-Panama meta ħarġu l-Panama Papers, iddefendiehom u kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom. 

In-nuqqas ta’ rieda li jinvestiga min-naħa tal-Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll min-naħa ta’ l-Avukat Ġenerali tkompli turi li m’aħniex ngħixu f’pajjiż normali. Il-Partit Nazzjonalista jtenni s-sejħa li għamel xagħrejn ilu li dawn iż-żewġ uffiċjali publiċi jirriżenjaw. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Edward Scicluna li hu politikament responsabbli mill-FIAU għandu l-obligu li jinforma lill-poplu x’jaf dwar dan ir-rapport.

Il-Partit Nazzjonalista jinsab iżjed imħasseb li kellu jkun il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, assistit mill-avukat tiegħu Jason Azzopardi, li kixef dettalji dwar rapport li nżamm sigriet tant li jinsab midfun u msakkar fl-FIAU.

 

02.12.2017