ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-fatt li Joseph Muscat qed jinjora l-gravità tal-avvenimenti u l-istejjer li seħħew f'pajjiżna matul din il-ġimgħa jikkonferma l-kultura ta' impunità li hawn f'pajjiżna u jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni. 

Joseph Muscat ma jistax ma jitkellimx fuq l-akkużi gravi ġodda li żvela l-MEP David Casa dwar Konrad Mizzi. Lanqas ma jista' jibqa' silenzjuz dwar dak żvelat mil-eks Spettur tal-Pulizija Jonathan Ferris, li sostna li s-superjuri tiegħu waqqfuh milli jgħaddi l-informazzjoni lill-Maġistrat Inkwirenti dwar Egrant.

Joseph Muscat ma jistax jibqa' sieket dwar l-istejjer ta' inkompetenza li qed joħorġu dwar il-powerstation il-ġdida li tant kien ftaħar biha.

F'sitwazzjonijiet bħal dawn, Joseph Muscat ma jistax jibqa' jiddevja. Lanqas ma jista' jiddevja mill-fatt li ċ-Chief of Staff tiegħu qed juża kumpanija ta' martu biex jiffaċilita l-bejgħ tal-Passaporti.

Joseph Muscat ma jistax ikompli jaħrab minn din is-sitwazzjoni gravi.