ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Partit Nazzjonalista qed isegwi mill-qrib l-aħħar żviluppi dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dak li għadu kif ħabbar il-Prim Ministru.

Il-Partit Nazzjonalista isellem lil kull min qieghed jagħti sehem, fl-interess tal-ġustizzja, sabiex jinqabad minn wettaq l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizija, u b'mod partikolari lill-Pulizija, s-Servizzi tas-Sigurtà, il-Forzi Armati Maltin u l-investigaturi barranin, kif ukoll l-awtoritajiet ġudizzjarji mmexxija mill-Maġistrat inkwirenti Anthony Vella.

Il-Partit Nazzjonalista jħoss li fl-aqwa interess nazzjonali l-Oppożizzjoni għandha teżerċita kawtela qabel tikkummenta, partikolarment f’dawn it-tmienja u erbgħin siegħa li huma kruċjali għall-investigazzjoni.

04.12.2017