ŻOMM AĠĠORNAT:

Wara snin twal jigdbu fuqi u jipprovaw iħammġu ismi, il-media tal-partit ta’ Joseph Muscat illum ħarġu ta’ giddieba u ġew kundannata mill-Qorti f’kawża ta’ libell.

Għal snin twal, Joseph Muscat, il-partit tiegħu, il-media tiegħu u d-deputati tiegħu, għamlu kampanja ħarxa ta’ tfiegħ ta’ tajn meta qalu li jien gawdejt minn konsulenza ta’ miljun ewro meta dan ma kien veru xejn. Dan il-gideb anki rrepetihom diversi drabi Joseph Muscat innifsu fil-Parlament u barra l-Parlament.

Minkejja kull caħda kategorika minn-naħa tiegħi, Joseph Muscat u sħabu baqgħu jigdbu u jħammġu. Tant hu hekk li din il-kampanja qarrieqa kienet ċentrali fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew. 

Issa, illum, il-Qorti sabet li dan kollu kien gideb u kkundanat lill-gazzetta tal-Partit Laburista għad-danni f’kawża ta’ libell.

Mhux se nistenna li issa Joseph Muscat jerfa’ r-responsabbilita’ politika talli mexxa u ta l-barka tiegħu għal din il-malafama, għax fuq ħwejjeġ ferm aktar gravi ma refa’ l-ebda responsabbilita’.

Simon Busuttil

Eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista

07.12.2017