ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia se jinnomina lil John Rizzo bħala membru fuq il-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni u lil Janice Chetcuti bhala membru fuq il-bord tal-Awtorita għar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA). Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li n-nomina ta’ dawn iż-żewġ persuni se tkun qed issaħħaħ l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.

John Rizzo għandu 61 sena u serva fil-Korp tal-Pulizija għall-39 sena sħaħ bi 12 minnhom bħala Kummissarju tal-Pulizija. Is-sur Rizzo serva wkoll għall-tlett snin bħala Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Tul il-kariera tiegħu fil-Korp tal-Pulizija John Rizzo mexxa bosta każi ta’ investigazzjonijiet kriminali li wasslu sabiex jiġu riżolti bosta każi ta’ portata, fosthom kazi ta’ korruzzjoni b’mod partikolari l-każ ta’ korruzzjoni ta’ ex imħallfin.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni se jinnomina wkoll lil Janice Chetcuti bħala membru fuq il-bord tal-Awtorita tal-Ambjent u ir-Rizorsi. Janice Chetcutii li għandha 40 sena hija avukat u hija gradwata wkoll bħala għalliema kif ukoll fil-business managenment. Dr Chetcuti ilha żmien twil taħdem favur l-ambjent kif wkoll b’risq l-annimali. Hi serviet bħala manager fid-direttorat tal-ħarsien tal-annimali. Preżenatment taħdem fl-uffiċċju tal-Kummissarju għall-ħarsien tal-annimali.

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil John Rizzo u Janice Chetcuti għall-karigi ġodda li se jokkupaw.

 

14/01/2018