ŻOMM AĠĠORNAT:

Wara xhur sħaħ nfehmu l-pjan ċar li għandna, kburi li lbieraħ ppreżentajna aktar minn 500 proposta fattibli kif se nerġgħu nsaħħu l-kredibilità  tapajjiżna u nqasmu l-ġid lis-saffi kollha tas-soċjetà. Tinsewx mal-manifest elettorali li ppublikajna ilbieraħ hemm 100 proposta apposta għal Għawdex, 100 proposta għaż-żgħażagħ u 321 għas-settur kollha tas-soċjetà Maltija. Dawn il-proposti kollha huma l-patt mal-poplu għall-5 snin li ġejjin. Il-proposti taghna jinkludu iktar flus fil-bwiet tal-familji tagħna, tal-anzjani tagħna u opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ li huma l-futur tapajjiżna. Il-proposti jerġgħu jagħtu nifs lill-ambjent u ma nkomplux bir-ritmu mgħaġġel li neqirdu l-ambjent naturali fpajjiżna. Se niżguraw li kwalità tasaħħa aqwa u bxejn waqt li ntejbu l-edukazzjoni u d-drittijiet ċivili. Iżda fuq kollox qed nintrabtu bil-fatti li nagħtu l-pajjiż governanza tajba, kontabilità ikbar u tmexxija serja u onesta. Il-Partit taJoseph Muscat lanqas kelma waħda fuq dan ma jlissen fil-manifest elettorali. U żgur li ma jgħid xejn għax vera ‘il-ħuta minn rasha tinten. It-tmexxija tal-Partit Laburista huwa mifni bil-korruzzjoni u għalhekk ma jitkellimx fuq governanza tajba.

Iktar minn hekk, waqt li aħna qed infehmu kif se nwieġbu għall-għatx għas-sewwa minn nies, Joseph Muscat kompla jżid fil-gideb biex jipprova jiggranfa biex ibellagħha l-poplu li l-korruzzjoni li japprova hu ma teżistix. Qalilna l-bieraħ li l-whistleblower hija persuna qrib il-Kremlin Russu.  Bħal sajjetta fil-bnazzi, Muscat qal li l-provi dwar Egrant ġew iffabbrikati mill-President tar-Russja Vladimir Putin. Dan sar, skont Muscat, biex il-Gvern Russu jpattiha lill-Gvern Malti għaliex ma ħalliex vapur Russu li kien fi triqtu lejn is-Sirja jidħol fl-ibħra Maltin għal refueling fOttubru 2016. In-nies daħku x’ħin semgħu hekk. Apparti hekk hemm fatti li jgiddbu din l-informazzjoni li taMuscat.  Infakkarkhom fdan li ġej:

  • Il-whistleblower waslet Malta fDiċembru 2015, jiġifieri 10 xhur qabel seħħ il-każ tar-refuelling
  • Il-kopji tad-dokumenti ttieħdu mill-Bank Pilatus f’Marzu 2016, jiġifieri 7 xhur qabel seħħ il-każ tar-refuelling.
  • Kien Karl Cini taNexia BT li qal li jrid jgħaddi l-isem tas-sid talkumpanija Egrant fuq Skype għax aktar importanti minn dak taKonrad Mizzi u Keith Schembri.
  • Sa ftit tal-jiem ilu, Muscat kien qed jgħid li l-iskandlu Egrant kien qed jiġi orkestrat minni.  Issa l-verżjoni nbidlet, u flok Simon Busuttil, weħel Vladimir Putin.

Jien nemmen bis-sħiħ li l-poplu Malti, bl-intelliġenza tiegħu u bil-moħħ tiegħu jagħraf bejn is-serjetà tal-Forza Nazzjonali u l-one man show taMuscat li iktar ma jmur iktar qed jaqagħar-redikolu biex jipprova jgħatti s-sewwa magħruf. Joseph Muscat issa lanqas irid iwieġeb għad-domandi tal-poplu. Ilbieraħ ħarab milli jattendi għax-xandira tal-Awtoritàtax-Xandir biex iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti kif għamilt jien nhar it-Tnejn. Din qatt ma ġrat fl-istorja tax-xandiriet tal-BA. Joseph Muscat jibża’ jwieġeb dirett fuq it-televiżżjoni għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Hu jgħid li kuljum jagħmel press conference iżda jagħmilhom meta n-nies tkun ix-xogħol u ma jkunux diretti fuq it-televiżjoni. Apparti hekk dawn jitmexxew mill-akkolti tiegħu u ma jħallux spazju għall-mistoqsijiet li l-mezzi tax-xandir iridu jagħmlu. Joseph Muscat imur biss fejn iħossu jilgħab home għax ma jridx iwieġeb il-vera mistoqsijiet li qed jgħmlu n-nies.

Iż-żmien tad-deċiżjoni jinsab fuq l-għatba. Ejjew nibqgħu ngħidu l-verità għax is-sewwa se jirbaħ żgur. U għax is-sewwa ma jmerih ħadd, il-Forza Nazzjonali se tagħżel Malta.