ŻOMM AĠĠORNAT:

Għall-korruzzjoni jispiċċaw iħallsu l-ħaddiema u l-familji

‘Se nkun il-Belt Valletta fost in-nies li ma jridux li f’Malta jkun hawn il-korruzzjoni. Jiena se nkun qed nisma’ lin-nies li ma jridux li l-Gvern jibqa’ għaddej minn fuqhom. Bħalma wegħedt li se nkun qrib tan-nies, se nkun man-nies meta se jkunu qed isemmgħu leħinhom.’, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’kollegament telefoniku fuq Radio 101.

Adrian Delia qal li se jkun qed jattendi għall-manifestazzjoni nazzjonali se ssir fl-4 ta’ wara nofsinhar fil-Belt Valletta. Huwa qal li dan huwa s-sabiħ tad-demokrazija, meta tara li qed tikber il-kultura tas- sojetà ivili li titkellem, u għalhekk huwa wkoll se jkun man-nies biex jisma’ lill-poplu Malti jitkellem għax jinsab imdejjaq bil-korruzzjoni.

Dr Delia staqsa dwar min għamel profitt ta’ $40 miljun bid-deal ħain li l-Gvern iffirma għall-gass LNG għall-power station f’Delimara. The Guardian ippubblikat storja li l-kumpanija tal-gass tal- Aerbajan SOCAR għamlet profitt ta’ $40 miljun f’sena waħda biss mill-bejgħ tal-gass LNG lill- Enemalta. Adrian Delia qal li l-Gvern irid jispjega fejn marru dawn il-miljuni u għandu wkoll jgħid kif se jitħallsu lura dawn il-flus, li ttieħdu mingħand il-familji Maltin u Għawdxin li ew mwegħda mill-Gvern li l-kontijiet kellhom jorħsu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern ta’ Joseph Muscat qed jua l-festa tal-1 ta’ Mejju sabiex juri s-saħħa u biex jagħlaq ħalq in-nies li jridu jitkellmu minflok jara x’inhuma l-bonnijiet tal- ħaddiema, fil-Jum iddedikat lilhom. Dan meta hawn ħaddiema li qed ibatu, oħrajn li mhux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar u ħaddiema oħra li qed ikollhom jaħdmu ħafna sigħat biex ikunu jistgħu jgħixu. Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista qiegħed u se jibqa’ jiltaqa, jisma’ u jitkellem mal-ħaddiema.

Adrian Delia tkellem fuq il-ħaddiema u -għaagħ u qal li l-Gvern m’għandux pjan fit-tul fejn irid iwassal il-pajji. Huwa qal li meta qed ikollna 10,000 ħaddiem barrani f’Malta kull sena, jeħtieli jkollna pjan fit-tul sabiex ikollna infrastruttura li tkun adegwata. Dr Delia qal filwaqt li taħt Gvern Laburista, in-numru ta-għaagħ li ma jkomplux jistudjaw huwa wieħed għoli, l-Partit Nazzjonalista qed jippjana li l-akbar investiment ikun fuq i-għaagħ biex jergħu iħossuhom akkaniti li jitgħallm u biex ibiddlu l-wiċċ ta’ pajjina. Dan biex iħossuhom parti mill-ħolma li l-Partit Nazzjonalista għandu għal Malta.

29.04.2018