ŻOMM AĠĠORNAT:

Nuqqas t’ippjanar serju fis-settur tal-edukazzjoni qed joħloq pressjoni fuq l-edukaturi, l- enituri u l-istudenti

Il-Partit Nazzjonalista jawgura kull suċċess lil madwar 60,000 student u studenta li qed jirritornaw lura l-iskola għal sena skolastika dida fl-istess waqt li jirringrazzja lill-għalliema li ta’ kuljum jagħmlu ħilithom kollha sabiex jagħtu l-aqwa edukazzjoni lill-uliedna. Formazzjoni tajba għal uliedna hija -avetta tas-suċċess għalihom u għal pajjina.

Il-Partit Nazzjonalista ma’ jistax ma’ jirrimakax kif il-Gvern mhux jippjana tajjeb u mhux jilħaq il-miri tiegħu stess fis-settur edukattiv. Il-Gvern falla fil-miri tiegħu li jibni skola dida kull sena, fl-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti kollha, fil- provijoni ta’ apparat bħall-laboratorji, fl-iskejjel f’ammont ta’ għalliema biżżejjed biex jaqdu tajjeb l-bonnijiet ta’ kulħadd, fil-problemi li qed jaffaċċjaw l-għalliema tal-Malti u l- Matematika li spiċċaw b’workload kbir u fir-riultati tas-Sec u l-Matsec tal-istudenti tagħna.

Fl-istess waqt il-Gvern qed ikompli jiddemotiva lill-għalliema b’nuqqas ta’ kundizzjonijiet tajbin, nuqqas ta’ sigurtà fl-iskejjel u bi-ieda fil-burokrazija anke biex jagħmlu fotokopji ta’ materjal meħtiegħat-tagħlim. Il-Gvern ma’ jistax jibqa’ jwaħħal f’ħaddieħor għan- nuqqasijiet tiegħu ida jista’ biss iwaħħal fih innifsu, fin-nuqqas ta’ ippjanar tajjeb tiegħu u fit-tnikkir tiegħu fl-implimentazzjoni.

Clyde Puli

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Żvilupp Uman u Ħiliet għas-Seklu 21

26.09.2018