ŻOMM AĠĠORNAT:

Pensjonijiet mhux adekwati qed ihallu 22,000 anzjan u anzjana fil-faqar

Bl-istqarrija tagħhom stess Joseph Muscat u l-Partit Laburista qed jammettu li fallew bil-kbir fil-kwistjoni tal-faqar u ħallew eluf ta’ persuni jbagħtu kuljum.

Aktar minn 22,000 anzjan u anzjana mhux ilaħqu mal-ħajja bil-pensjoni baxxa li jieħdu u mhux f’poizzjoni li jixtru l-prodotti essenzjali biex jgħixu b’mod dienti. Eluf oħra qed iħossu l-għafsa kbira tal-kirjiet eorbitanti li qed ikollhom iħallsu.

Kemm l-aħħar statistika tal-Eurostat kif ukoll l-istqarrija tal-lum tal-Partit Laburista juru li llum għad hawn 85,000 persuna fil-faqar, u dan imur kontra dak li ilu jwiegħed il-Partit Laburista sa mill-2013.

Fil-manifest elettorali tal-2013, Joseph Muscat kien wiegħed li se jaħdem biex il-faqar, kemm dak magħruf u dak moħbi, jii eradikat darba għal dejjem minn pajjina matul l-ewwel leilatura.

12.03.2018