ŻOMM AĠĠORNAT:

Adrian Delia jindirizza l-konferenza nazzjonali tal-SĦPN

“Il-Gvern qed jisraqna mill-power station il-dida u mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u l- Ministru Konrad Mizzi qed jiftaħar li din is-serqa hija ‘best practice’ u allura qed jagħtina garanzija li se jibqa’ jisraqna bl-istess mod fil-kuntratti. Dan meta l-ħaddiema qed jieħdu biss 2.33 fil-imgħa.’, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fl-għeluq tal- konferenza l-Valur tal-Paga Tiegħek organizzata mis-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN).

Dr Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ammetta li qed ninsterqu 200 miljun kull sentejn. Huwa qal li b’dawn il-flus li qegħdin ninsterqu konna ngħinu lill-ħaddiema u l-familji tagħhom, nagħtu appoġġ lill-ħaddiema għaagħ li mhux qed ilaħħqu mal-kirjiet għoljin, konna nagħtu saqaf fuq rashom lit-3,200 li qed jistennew housing sojali u noħoru lis-70,000 persuna mill-faqar finanzjarju.

Adrian Delia qal li fi-entru tal-politika tal-Partit Nazzjonalista hemm in-nies u l-ħaddiema huma prijorità. Huwa qal li Joseph Muscat qed ikejjel biss bin-numri u jekk il-popolazzjoni tikber, għalih tkun qed tikber ukoll l-ekonomija ida dan mhux kejl li juri jekk in-nies hux qed jgħixu aħjar.

Dr Delia qal li jeħtieli jkollna pjan fit-tul jekk il-Gvern se jibqa’ jib 15,000 ħaddiem barrani kull sena. Dan għaliex din i-ieda fin-numru tal-ħaddiema barranin qed twassal biex i-cheap labour jera’ jgħolli rasu, fejn il-pagi qed jibqgħu baxxi, l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal- ħaddiema jitnaqqru u ma jidiedux kif jixraq u fejn il-unjins li jirrappreentawhom jispiċċaw jiddgħajfu meta jirrappreentaw u jinnegozjaw f’isem il-ħaddiema. Dan minħabba -ieda qawwija ta’ ħaddiema barranin bla pjan.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-faqar finanzjarju died b’10,000 f’ħames snin u ħafna ħaddiema u l-familji tagħhom mhux qed ilħaqqu sal-aħħar tax-xahar. Dan meta l-akbar idiet kien fuq il-prodotti tal-ikel u allura dawk li għandhom l-inqas paga qed ibatu biex jixtru ikel bnin u biex jixtru l-aktar prodotti essenzjali. Adrian Delia qal li quddiem dan kollu l-Gvern jibqa’ sieket u jgħid li dawn il-problemi li ħoloq hu stess ma jeistux. Bid-dokument li tressaq waqt il-Kunsill enerali, l-Partit Nazzjonalista qed jagħraf u jifhem il-bidliet fis-sojetà tagħna biex infasslu pjan serju li jkun jibda mill-fatti u fejn il-id li jinħoloq jitqassam tajjen f’sojetà li jimpurtaha.

01.12.2018