ŻOMM AĠĠORNAT:

7_11_edwin_vassallo.jpg Jien inħoss il-piż li nkun responsabbli għall-futur ta’ pajjiżna. Inħoss li għandha ssir xi ħaġa dwar is-sitwazzjoni attwali. Ma nistgħux inqumu l-għada tal-elezzjoni u nsibu li għadna qed ngħixu l-istess realitajiet tal-korruzzjoni. Il-pożizzjoni ta’ Muscat bħala Prim Ministru mhix tenibbli. Malta għandha bżonn bidla u stil ġdid ta’ politika. Irridu nifhmu li bħala soċjetà ma nistgħux ngħaddu mingħajr valuri. L-idea li the end justifies the means...jiġifieri li kultant ma jimpurtax timxi ħażin jekk dan jiġġustifika eżitu pożittiv, hi idea skaduta għax ma tagħti l-ebda importanza lill-ġid nazzjonali. Jien leali lejn dak li nemmen fih, jiġifieri l-valuri tiegħi, il-komunità, il-Partit u l-fidi. Il-gvern għandu jingħata lura lill-poplu. Il-korruzzjoni ma tistax tibqa’ l-ordni tal-ġurnata għax dan se jwassal għar-riżultat aħħari li l-ekonomija tagħna ma tibqax sostenibbli.

- mobile.png

 

email.png -

 

twitter.jpg @edwin_vassallo

 

facebook.jpg .../edwin.vassallo/