ŻOMM AĠĠORNAT:

6_7_Godfrey_Farrugia.jpg Jien bdejt il-karriera politika tiegħi bħala sindku indipendenti minħabba li ma stajt nidentifika ruħi mal-ebda partit politiku. Ingħaqadt mal-Partit Laburista għax emmint b’saħħa fil-moviment li kellu jġib il-bidla. Imma t-tifsira vera ta’ Malta Tagħna Lkoll ma ssarrfitx f’realtà. Jekk intix Nazzjonalist, Laburist jew għandek xi opinjoni oħra ma jagħmilx differenza. Aħna lkoll Maltin. Hu dan l-impenn – li aħna Maltin l-Ewwel – li wassalni biex ningħaqad ma’ din is-sejħa għall-bidla tant meħtieġa li għandha bżonn Malta. Li jien leali lejn pajjiżi tafuh għax diġà ppruvajtuni. Jien ingħaqadt mal-Partit Demokratiku bħala parti mill-Forza Nazzjonali għax nemmen li din hija l-unika formazzjoni politika li hi kapaċi twettaq il-bidla permezz ta’ governanza nadifa, ġustizzja u ugwaljanza.

- mobile.png

 

email.png  -

 

twitter.jpg  -

 

facebook.jpg .../farrugiagodfrey/