ŻOMM AĠĠORNAT:

7_8_Lee_Bugeja_Bartolo.jpg Ix-xewqa tiegħi hi li nbiddlu bil-mod imma mill-qiegħ il-wiċċ tal-politika f’Malta. Jien għandi l-aktar għal qalbi l-investimenti u l-opportunitajiet fl-oqsma tax-xjenza u l-inġinerija. Il-fatt li trabbejt f’ambjent li ma kien ikkundizzjonat mill-ebda fehma politika għenni biex niżviluppa interess indipendenti u ġenwin fil-politika. Fl-istess waqt, il-fatt li għext barra kabbar fiha l-imħabba lejn Malta u Għawdex. Għalhekk jien lest li nisma’, nitgħallem u naħdem biex inħarsu l-identità nazzjonali tagħna u nissalvagwardjaw il-futur ta’ pajjiżna. Għandna nivvutaw għall-Forza Nazzjonali għax wasal iż-żmien li niffukaw fuq l-interess nazzjonali u mhux fuq l-interessi individwali.

- mobile.png

 

email.png  -

 

twitter.jpg  -

 

facebook.jpg  -