ŻOMM AĠĠORNAT:

2_8_Malcolm_Bezzina.jpg Jien persuna miftuħa għall-ideat, u determinat li nbiddel is-sistema politika li għandna llum. Bħala persuna bi bżonnijiet speċjali, ir-raġuni ewlenija li wasslitni biex nikkontesta din l-elezzjoni ġenerali hi biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet marbutin mal-qasam tad-diżabilità li nħoss li għadhom ma ġewx indirizzati. Irrid nindirizza wkoll il-problemi li għad hemm fil-qasam tas-saħħa kif ukoll id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Hija passjoni tiegħi li ngħin lil Malta terġa’ tikseb l-identità tagħha bħala pajjiż demokratiku. Jien kont involut f’inċident tat-traffiku serju ħafna u nemmen li din l-esperjenza għallmitni kif niffaċċja s-sitwazzjoni meta l-affarijiet imorru ħażin u nibqa’ dejjem pożittiv. Nemmen li dawk li jkunu għaddew minn ħajja diffiċli hu aktar probabbli li jkunu kapaċi jmexxu b’sens ta’ ġustizzja u b’mod li jifhmu aktar lil ħaddieħor. Il-Forza Nazzjonali hija l-unika triq biex noħorġu mis-sitwazzjoni diżastruża li tinsab fiha Malta bħalissa.

- mobile.png

 

email.png -

 

twitter.jpg  -

 

facebook.jpg  -