ŻOMM AĠĠORNAT:

5_10_Marlene_Farrugia.jpg

Kap tal-Partit Demokratiku

Jien qed nikkontesta din l-elezzjoni bl-għan prinċipali li f’pajjiżna jerġa’ jkollna tmexxija tajba u nadifa, flimkien ma’ żvilupp ekonomiku sostenibbli li jirrispetta l-passat, il-preżent u l-futur. Jien nemmen bis-sħiħ fid-dinjità u l-benesseri taċ-ċittadini tagħna kollha. In-nies għandhom jivvutawli għax naf x’qed nagħmel u għax jafu li dak li nagħmel, nagħmlu tajjeb – għax diġà ppruvawni. Forza Nazzjonali, fejn il-poter jibqa’ f’idejn in-nies għal-leġiżlatura sħiħa, jirnexxilha twettaq dak li gvernijiet partiġjani ma rnexxilhomx iwettqu. Il-politika tal-Forza Nazzjonali hija politika ta’ kunsens. Mhix politika dwari jew dwarek...hija politika dwarna lkoll. Aħna magħqudin fid-determinazzjoni li nerġgħu nerfgħu lil pajjiżna u ngħinuh jagħmel pass ieħor ’il quddiem fl-istorja tagħna. Pass li jkun wieħed mibni fuq governanza onesta, nadifa u trasparenti.

mobile.png

 

email.png marlenedent@gmail.com

 

twitter.jpg @demokratiku

 

facebook.jpg .../marlene.farrugia.5/