ŻOMM AĠĠORNAT:

5_Norman_Vella.jpg Din se tkun l-ewwel elezzjoni ġenerali għal Norman Vella li fl-2014 ikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew u kiseb aktar minn sebat elef vot. Norman għandu 40 sena u fl-aħħar snin ipproduċa u preżenta bosta programmi fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista, NET Television u Radio 101 fosthom Newsfeed, Mhux Cafè Premier u Mhux Għax Jimpurtani.

Qabel il-Gvern Laburista neħħieħ mix-xandir nazzjonali ftit ġimgħat wara li rebaħ l-elezzjoni ġenerali, Norman ipproduċa u preżenta bosta programmi oħra ta' ġrajjiet kurrenti għal TVM fosthom TVHemm, Xarabank Bla Kantunieri u s-sensiela ta' dokumentarji Bijografiji.

Norman huwa gradwat fl-Istudji Soċjali u r-Relazzjonijiet Industrijali u fil-passat kien involut ħafna fl-isport bħala referee internazzjonali tal-futsal. Norman huwa miżżewweġ lil Karin u għandhom żewġt itfal, Michael u Nina Maria.

7945 1967 mobile.png

 

email.png vellanorman.pn@gmail.com

 

twitter.jpg  -

 

facebook.jpg .../norman.vella.33/