![]() |
Il-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia ser tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq ir-raba’ u t-tmien distrett elettorali. Kemm ilha sservi bħala Membru tal-Parlament Ewropew hija ngħatat il-premju bħala l-aqwa MEP fil-qasam tal-governanza korporattiva. Hi rraprezentat lill-Partit Nazzjonalista fil-każ kontra l-Kummissjoni Elettorali fejn fl-aħħar elezzjoni, il-Partit kien ġie mċaħħad minn żewġ siġġijiet fil-Parlament Malti. Qabel ma ġiet eletta Membru tal-Parlament Ewropew Comodini Cachia kienet involuta ħafna f’għaqdiet dwar ġustizzja soċjali. Hija membru tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-istatut u strutturi tal-Partit Nazzjonalista, Chairperson tal-Policy Fora u Shadow Minister għall-Edukazzjoni u l-Impjieg. Il-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia ser tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq ir-raba’ u t-tmien distrett elettorali u hija Shadow Minister għall-Edukazzjoni u l-Impjieg. |
9942 5907 |
|