ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-aħbar li l-lienzja tal-bank Pilatus iet revokata. Dan wara li l- Oppoizzjoni kienet ilha x-xhur tgħid li l-lienzja kellha tii revokata u li l-bank Pilatus ma kellux jibqa’ jopera għaliex dan il-bank kien qed jagħmel dannu kbir lir-reputazzjoni tajba tas-settur tas-servizzi finanzjarju f’pajjina.

Filwaqt li l-Prim Ministru Joseph Muscat dam jaħsel idejh, l-Oppoizzjoni kienet qed tgħid li l-lienzja tal-bank Pilatus kellha tii revokata biex ma ssirx aktar ħsara lil dan is-settur importanti għall-ekonomija, li joffri impjiegi lil mijiet ta’ għaagħ u professjonisti. Dan spejalment wara li f’Marzu li għadda, fl-Istati Uniti kien ie arrestat Ali Sadr Hasheminejad li kien Chairman tal-bank Pilatus. Ali Sadr jista’ jeħel sa 125 sena priiunerija hekk kif jinsab akkuat b’allegat ħasil tal-flus. Kemm Joseph Muscat kif ukoll i-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri kienu attendew għat-tieta’ Ali Sadr fl-Italja.

Il-Bank entrali Ewropew bdiet tinvestiga lill-awtoritajiet Maltin l-FIAU u l-MFSA minħabba l-lienzja tal-bank Pilatus. Din ukoll hija daqqa ta’ ħarta kbira għar-reputazzjoni ta’ Malta. Dawn i-ewentitajiet, li tagħhom huwa politikament responsabbli l-Ministru għall- Finanzi Edward Scicluna, naqsu milli jwettqu dmirijiethom fir-rigward tal-bank Pilatus, li issa tilef il-lienzja biex ikun jista’ jaħdem minn Malta.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem biex l-istituzzjonijiet fosthom ukoll l-Avukat enerali ma jibqgħux maħkumin mill-Gvern ida jissaħħu mill-did biex iħarsu bl-aħjar mod ir- reputazzjoni ta’ Malta.

Mario de Marco

Kelliem tal-Oppoizzjoni għall-Finanzi

Kristy Debono

Kelliema tal-Oppoizzjoni għall-Ekonomija, s-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazzjoni

05.11.2018