ŻOMM AĠĠORNAT:

L-eluf tanies li mlew Tas-Sliema lbieraħ kienu inkredibbli. Il-vera Forza Nazzjonali. Baqa’ ħamest ijiem biss biex insemmgħu leħinna. Ejja nkomplu nikkonvinċu li dak li bdejna flimkien, nwettquh biss bl-appoġġ sħiħ takull min għandu rieda tajba.

Ninsabu mhux biss preparati iżda determinati aktar minn qatt qabel li mmexxu l-pajjiż fid-direzzjoni vera li jixraqlu. Joseph Muscat issa qalilna li għandu iktar esperjenza biex imexxi l-pajjiż”. Dażgur!! Anke Keith Schemmbri u Konrad Mizzi għandhom iktar esperjenza kif jiftħu kontijiet sigrieti, jiffirmaw il-kuntratti minn wara dahar il-poplu u jbillu subajhom mill-proġetti bi flus il-poplu. Vot lil Joseph Muscat huwa vot għal iktar esperjenza taqerq u korruzzjoni. Iżda konvint li l-poplu ma jridx. Il-poplu jrid bidla li verament stenna fl-aħħar 4 snin. Il-Partit Nazzjonalista illum hu mimli ideat, mimli entużjażmu u mimli rieda biex ikun it-tarka tal-ħaddiema li jistennew xogħol takwalità ; tan-negozjanti li jridu jkattru x-xogħol billi jikkompetu fambjent talevel playing field. Se nkunu tasostenn għall-anzjani, mhux biss billi nżidu l-pensjonijiet iżda noffrulhom ambjent tajjeb fejn jistgħu ikomplu joffru kontribut sħiħ lill-pajjiżna. Se nkunu kuljum maż-żgħażagħ, inħeġġuhom  u ngħinuhom jesprimu t-talenti u l-ħiliet tagħhom.

na se mmexxu Gvern li jkun tan-nies għan-nies. U dan se nagħmluh bil-fatti u mhux bħal ħaddieħor li qal li dak li wiegħed wettqu. Iżda l-poplu mandux memorja qasira. Joseph Muscat wiegħed meritokrazija u ta xogħol u kuntratti lil tal-qalba; wiegħed kontabilità  u ffirma kuntratti kbar mingħajr ma nafu xfihom; wiegħed tolleranza zero għall-korruzzjoni u għadu sissa jiddefendi dak li għamlu Keith Schembri u Konrad Mizzi; wiegħed proġetti kbar u kull ma fetaħ kienu dawk il-proġetti li bdejna aħna.

Meta tqis kollox, il-Gvern ta’ Muscat ta l-loqom lin-nies iżda ħa ħafna għalih. Il-Partit Nazzjonalista jwiegħed li jagħti lura lin-nies dak li verament huwa tan-nies. Aħna llum verament il-Partit tal-Ħaddiem; il-Partit favur l-Ambjent; Il-Partit favur is-Sewwa u l-Onestà . U għalhekk nhar is-Sibt se Nagħżlu Malta