ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius kien impenjat f’laqgħat fi Brussell flimkien ma rappreentanti tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) bi tħejjija għall-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir f’Mejju tas-sena d-dieħla.

David Agius iltaqa’ mas-Segretarju enerali tal-PPE Antonio Lopez Isturiz fejn iddiskuta kif il-Partit Nazzjonalista se jressaq l-aqwa kandidati li jistgħu jirrappreentaw lill-Maltin u l- Għawdxin fil-Parlament Ewropew. ie diskuss ukoll l-irwol tal-Partit Nazzjonalista fil-Partit Popolari Ewropew u kif il-programm elettorali se jkun imfassal fuq l-iskop li l-Ewropa tkun il-mezz ta’ serħan il-moħħ, aktar drittijiet u ta’ prosperità għa-ittadini Ewropej.

Lopez Isturiz spjega kif il-PPE se jkun qed jagħżel il-kandidat tiegħu biex eventwalment imexxi l-Kummissjoni Ewropea jekk il-PPE jirbaħ l-elezzjonijiet fuq livell Ewropew. Il-Vii Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius qal li l-Partit Nazzjonalista se jwassal il-messaġġ tiegħu f’qafas aktar wiesgħa tal-bidliet li hemm bonn fl-Ewropa, bl-immigrazzjoni se tkun fuq nett tal-aenda għax i-ittadini qed jistennew li l-Ewropa tkun aktar effijenti f’dan is- settur.

David Agius iltaqa’ wkoll mal-Vii President tal-Partit Popolari Ewropew Paolo Rangel li huwa wkoll il-President tal-European Ideas Network (EIN), li huwa t-think tank tal-EPP. iet diskussa l-kollaborazzjoni bejn l-EIN u l-AAD, b'mod spejali il-programm ta’ formazzjoni politika għa-għaagħ Future Leaders.

Matul dawn il-laqgħat, il-Vii Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius kien akkumpanjat mill-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius.

25.09.2018