ŻOMM AĠĠORNAT:

“Dan huwa Gvern li falla fis-settur tas-saħħa tant li jasal jiddeskrivi l-ħofra li ħallew il-Vitals fl-Isptar enerali ta’ Għawdex bħala investiment state of the art.” Hekk sostna d-Deputat Nazzjonalista Mario Galea waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar entrali tal-Partit Nazzjonalista dwar il-ftehim li l-Gvern iffirma ma’ Vitals għall-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar enerali ta’ Għawdex.

Mario Galea fakkar kif il-Kap tal-Oppoizzjoni Adrian Delia kemm ‘il darba staqsa fil- Parlament dwar min huma s-sidien ta’ Vitals, ida dejjem baqa’ bla risposta. Qal li għalhekk dan huwa deal ħain għaliex Vitals m’għandhomx esperjenza fil-qasam mediku. Huwa staqsa fejn marru l-50 miljun li l-Gvern ta lil Vitals meta dawn ma kellhomx flus għall-pagi, kif ie rrappurtat fil-midja. Galea qal li filwaqt li Vitals ingħataw 50 miljun mit-taxxi tal-poplu, għandhom 55 miljun dejn.

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li fit-tweibiet tagħhom il-Gvern u l-Partit Laburista ma sabu xejn xi jwiebu fuq il-kali Adrian Delia fetaħ fil-Qorti biex il-ftehim ma’ Vitals jii ddikjarat null. Qal li bl-ammissjoni tagħhom stess meta qalu li ta’ Stewards huwa ‘the real thing’, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qegħdin jaqblu ma’ Dr Delia li l-ftehim li għamlu ma’ Vitals kien deal ħain.

Jason Azzopardi qal li għall-Gvern Laburista li tbiegħ tagħmir mediku li jiswa l-miljuni għal 1 biss huwa investiment tajjeb. Bosta mit-tagħmir mediku li hemm fl-Isptar enerali ta’ Għawdex u li ngħata lil Vitals għal 1 saħansitra kien inxtara b’fondi li l-Gvern Nazzjonalista preedenti kien akkwista wara negozjati iebsin mal-Unjoni Ewropea. Dawn kienu ew jiswew 3.6 miljun u dan kif ie velat ukoll fil-midja. Jason Azzopardi qal li issa li l-Gvern ta’ Joseph Muscat falla fis-settur tas-saħħa qed jistenna li s-soluzzjonijiet isibhomlu Adrian Delia.

Mario Galea

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwaris-Saħħa Mentali, d-Dimenzja, l-Kura fil-Komunitá, d- Dijabete, u d-Drittijiet tal-Annimali

Jason Azzopardi

Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u l-Green Initiatives

20.02.2018