ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mat-tħassib li qed turi l-union tal-għalliema (MUT) dwar dak li se jagħmel il-Gvern fil-middle school tar-Rabat, Għawdex. Kif qalet l-MUT li rat il- pjanti li l-Gvern s’issa kien qed jaħbi, fir-Rabat Għawdex il-Gvern se jagħmel biss estensjoni li tgħarraq l-ambjent tal-middle school u ġġibha ħaa waħda mal-iskola primarja.

Flok jibni skola dida kull sena b’failitajiet moderni kif kien qed jagħmel il-Gvern Nazzjonalista, il-Gvern se jnaqqas ferm iz-zona għar-rikreazzjoni tal-istudenti tal-middle school. Barra minn dan, il-Gvern mhux qed jikkonsulta f’dawn il-pjanijiet tiegħu u kemm l- għalliema kif ukoll l-istudenti u l-enituri tagħhom qed isiru jafu mill-media b’tibdil propost mill-Gvern.

Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex għallinqas jera’ għall-pjan ipprattikat mill- Gvern Nazzjonalista ta’ skola dida kull sena. L-istudenti u l-għalliema jixirqilhom l-aħjar.

Clyde Puli

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Żvilupp Uman u Ħiliet għas-Seklu 21

06.03.2018