ŻOMM AĠĠORNAT:

‘Il-persuni li jagħtu sehemhom fl-isport b’mod volontarju għandhom jingħataw rikonoxximent sħiħ għax-xogħol li huma jagħtu.’, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta ltaqa’ mal-President, il-membri tal-Kumitat u l-plejers ta’ Valletta FC.

Dr Delia tkellem dwar il-ħeġġa li għandhom il-volontarji fix-xogħol li huma jagħtu lejn il- klabbs sportivi li jissapportjaw. Huwa qal li matul i-mien li fih kien jokkupa l-kariga ta’ President tat-tim ta’ Birkirkara tgħallem aktar fuq il-valur tas-solidarjetà sportiva u t- teamwork.

Adrian Delia qal li filwaqt li f’Malta hawn limitazzjoni fl-allokazzjoni tar-riorsi għall-isport, jemmen li l-isportivi Maltin u Għawdxin jagħtu qalbhom u kapai jegħlbu l-ostakli.

Il-President ta’ Valletta FC Victor Sciriha rringrazzja lil Dr Delia tal-istedina biex jiltaqa’ mat-tim tal-Belt u awguralu suċċess fil-ħajja politika. Huwa tkellem fuq il-ħbiberija ta’ bejniethom meta kienu wkoll avversarji fil-grawnd fi-mien meta Adrian Delia wkoll kien president ta’ klabb tal-futbol.

Victor Sciriha ppreenta l-ktieb tat-Tieni Volum tal-istorja ta’ Valletta FC bħala tifkira ta- jara lil Dr Delia. Valletta FC din is-sena rebħu d-double wara li saru champions tal- kampjonat lokali tal-futbol u rebħu wkoll l-FA Trophy.

Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia preenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar i-għaagħ, l-Isport u l-lieda kontra l- Obeità Ryan Callus.

25.05.2018