ŻOMM AĠĠORNAT:

“Gvern Nazzjonalista se jiggarantixxi l-ħarsien tad-demokrazija u tal-libertà tal-espressjoni, d-dritt għal għajxien dienti u li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attività politika fl-Imqabba.

Dr Delia qal li l-whitepaper tal-kirjiet tagħti raun lill-Partit Nazzjonalista, li l-Gvern Laburista qed ikabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni. Huwa qal li filwaqt li hawn aktar minn 3,000 qed jistennew housing sojali, għax m’għandhomx fejn joqogħdu, l-Gvern m’għandux pjan fit-tul għal dan is-settur u minflok se jib 15,000 barrani fis-sena, li qed iħallu impatt negattiv fuq bosta setturi fosthom il-kirjiet. Dan meta qed jidiedu l-familji li jgħixu fil-garaxxijiet u għandna 72,000 persuna li jinsabu fir-riskju tal- faqar. Il-Gvern Laburista mhux qed isolvi l-problemi li ħoloq hu stess f’dan is-settur u għadu ma wettaqx proett wieħed ta’ housing sojali meta dià jinsab fit-tieni leislatura. Adrian Delia qal li Gvern Nazzjonalista se jiggarantixxi li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu u għajxien dienti.

Adrian Delia qal li sena mill-qtil tal-urnalista Daphne Caruana Galizia, l-poplu għadu qed jistenna li ssir ustizzja. Huwa qal li dan il-qtil huwa minnu nnifsu theddida mill-aktar gravi għad-dritt ta’ kull ittadin għal-libertà tal-espressjoni u r-rule of law f’pajjina. Adrian Delia qal li l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kollu talab lill-Parlament japprova mozzjoni għal azzjoni serja dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia, ida minflok jiddiskuti din il-mozzjoni, il- Gvern Laburista għael li jirrifjuta t-talba tal-Oppoizzjoni li l-Parlament jiddiskuti f’sessjoni spejali.

Dr Delia qal li l-Avukat enerali jrid isikket il-leħen tal-Oppoizzjoni u ħoloq bilanpolitiku serju meta ma jridx li jagħtih kopja sħiħa tal-inkjesta tal-Maistrat Aaron Bugeja. Huwa qal li huwa inaċċettabbli li l-Prim Ministru Joseph Muscat jattakka lil Simon Busuttil b’informazzjoni li qisu għandu mill-inkjesta, u joħloq dan l-ibilanpolitiku serju fil- Parlament ukoll. Adrian Delia qal li mhux se jippermetti illi jsiru attakki fuq xi membru tal- Oppoizzjoni.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern mhux qed iħares ir-reputazzjoni tajba ta’ Malta u spiċċa biex ab lil pajjina blacklisted mill-OECD. Dan hekk kif l-OECD poġġiet lil Malta fil-blacklist minħabba l-bejgħ tal-passaporti. Adrian Delia qal li filwaqt li l-OECD poġġiet lil Malta fil-blacklist, Transparency International u Global Witness ukoll ħaru rapporti fejn jgħidu li pajjina spiċċa kalamita għall-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Huwa qal li l-Gvern Laburista qed ikompli jwaqqa’ r-reputazzjoni tajba ta’ pajjina u tas-settur tas-servizzi finanzjarji, liema settur joffri eluf ta’ xogħlijiet li-għaagħ u l-professjonisti.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern Laburista qiegħed ifalli fl-edukazzjoni ta’ uliedna, meta n-nefqa fl-edukazzjoni dejjem naqset sena b’sena. Dan wara li rapport tal- Kummissjoni Ewropea juri li Malta tinsab fl-aħħar postijiet fil-kejl tal-livell milħuq mill- istudenti fil-matematika, il-qari u x-xjenza. Malta tinsab fl-aħħar fl-Ewropa fl-ammont ta’ għaagħ li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni jew mit-taħribi 18.4%, li hija ferm ‘il bogħod mill-mira Ewropea ta’ 10%. Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen fl-għalliema għaliex għandhom ir-responsabbilità li jagħtu l-edukazzjoni li-għaagħ sabiex ibiddlu għall-aħjar lil pajjina.

21.10.2018