ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi ressaq mozzjoni wara li ħassu aggravat minn ruling li ngħata mill-Ispeaker Anlu Farrugia. Dan wara li fis-17 ta’ Ottubru li għadda, l-Ispeaker ta ruling li fih iddeieda li tweet ta’ Jason Azzopardi kien fih kliem li kien imur kontra l-Ordni Permanenti u prima facie kien jammonta għal ksur ta’ privileġġ.

Fil-mozzjoni, Jason Azzopardi qal li dan ir-ruling tal-Ispeaker fih implikazzjonijiet serji fuq l-imminar tal-eerizzju tad-dritt fundamentali tal-espressjoni politika minn Membri Parlamentari fuq suġġetti ta’ interess nazzjonali.

Dan meta huwa d-dmir ta’ kull Membru Parlamentari, b’mod spejali tal-Oppoizzjoni, li jomm lill-Gvern taħt skrutinju. Għalhekk ma jistax jinftiehem kif l-Ispeaker jiċċensura dak li jinkiteb jew jintqal minn deputati barra mill-Kamra, u dan meta hawn liijiet li joffru rimedju lil min iħossu malafamat.

Il-mozzjoni tgħid li l-Ispeaker interpreta ħain l-Ordni Permanenti għaliex tweet fuq il-mezzi sojali ma taqax f’din il-kategorija. Dan meta fit-tweet tiegħu tal-10 ta’ Ottubru, Jason Azzopardi rrepeta dak li ie rrappurtat fil-pubbliku fuq rappurtaġġ fil-midja dwar il-Ministru Chris Cardona, li huma relatati mal-investigazzjoni dwar il-qtil tal-urnalista Daphne Caruana Galizia.

Finalment il-mozzjoni titlob li r-ruling tal-Ispeaker għandu jii rivedut u jsir rapport fuqu mill-Kamra u li dak ir-rapport jitniżżel fil-minuti tal-proeduri tal-Kamra.

19.10.18