ŻOMM AĠĠORNAT:

L-iskiet tal-Gvern u l-FIAU wara r-rapport ta’ The Malta Independent li l-President tal- Venewela Nicolas Maduro u persuni qrib tiegħu allegatament ħaslu b’511 miljun f’pajjina hija ta’ tħassib kbir. Din hija aħbar serja li trid tittieħed bl-ikbar serjetà għaliex ittappan ir- reputazzjoni tajba tas-settur tas-servizzi finanzjarji u ta’ Malta.

Il-Partit Nazzjonalista kien ikkundanna l-istat ħain tad-demokrazija fil-Venewela, pajjili huwa mmexxi b’dittatura u kontra r-rieda tal-poplu, kif ukoll l-elezzjonijiet farsa li kienu organizzati mir-reim tal-President Maduro. Dan kollu jrid jittieħed ukoll fil-kuntest tal-arrest tal-eks chairman tal-bank Pilatus Ali Sadr li qabel mal-bank ingħata l-lienzja sabiex jaħdem f’Malta, kien allegatament involut fi skema ta’ ħasil tal-flus fil-Venewela wkoll. Għal din l- akkua, Ali Sadr jinsab arrestat fl-Istati Uniti u jista’ jeħel sa’ massimu ta’ 125 sena priunerija jekk jinstab ħati.

Għal din it-theddida tar-reputazzjoni tas-settur tas-servizzi finanzjarji, u wara r-rapport tal- Awtorità Bankarja Ewropea dwar l-FIAU u l-bank Pilatus, ir-responsabbilità jrid iorrha l- Prim Ministru Joseph Muscat, issa li huwa responsabbli direttament mis-settur tas-servizzi finanzjarji. In-nies qed jistennew li tittieħed azzjoni biex tii mħarsa r-reputazzjoni ta’ dan is- settur.

Adrian Delia

Kap tal-Oppoizzjoni u Kelliem għall-ustizzja u l-Governanza Tajba

Mario de Marco

Kelliem tal-Oppoizzjoni għall-Finanzi

Kristy Debono

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija, s-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazjoni

14.08.2018