ŻOMM AĠĠORNAT:

Ħaddieħor jipprova jwaħħal fina li ġejna f’dan l-istat tal-mistħija fuq livell internazzjonali.  Li r-rivista The Economist issejħilna ‘shady Island’ hu tort tal-Forzi Nazzjonali? Tort tan-Nazzjonalisti? Hekk qed jippruvaw jagħtu l-impressjoni. Iżda kulħadd jaf it-tort ta’ min hu. Għandi fiduċja sħiħa fil-Maltin u l-Għawdxin li fehmu diġà kemm hu importanti li pajjiżna jerġa’ lura għad-dinjità  li jixraqlu. Jien ma naċċettax li minħabba tmexxija u klikka ta’ nies korrotti qed jeħlu l-ħaddiema, l-employers u kull min hu ta’ rieda tajba. Nimtela bil-kuraġġ iżda meta qed niltaqa’ ma’ ħafna nies li huma konvinti li s-sentiment ekonomiku huwa bużżieqa li se tinfaqa’ f’qasir żmien jekk il-pajjiż ikompli bl-istess tmexxija. IVA, il-bidla hija l-UNIKA soluzzjoni.

Il-Forza Nazzjonali hi l-unika soluzzjoni ukoll għax għandna l-aqwa proposti. Nhar il-Ħamis għidna kif se ngħinu l-anzjani li huma għal qalbna ħafna. X’se nagħmlu?

  1. Neżentaw il-pensjonijiet kollha mit-taxxa tad-dħul.
  2. Il-Pensjoni minima nazzjonali titla’ sal-livell tal-paga minima nazzjonali jiġifieri €169.76 fil-ġimgħa
  3. Min ma ħallasx il-bolol kollha jkun jista’ jħallashom biex jieħu l-pensjoni sħiħa
  4. Il-pensjoni tal-età tiżdied għal €155.70 jew 60% tad-dħul medju nazzjonali
  5. L-allowance tal-anzjani ‘il fuq minn 75 sena tiżdied għal €500
  6. Ir-romol jirtu l-pensjoni ta’ żwieġhom
  7. Il-pensjoni tal-Pulizija, tal-Forzi Armati, tal-Protezzjoni Ċivili u l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tiżdied biż-żidiet tal-għoli tal-ħajja.
  8. Nindirizzaw l-inġustizzja tal-pensjoni ta’ servizz

 

Intant nhar il-Ħamis ukoll ippreżentajt il-kandidatura tiegħi lill-Kummissjoni Elettorali. Ħaġa li forsi for granted iżda importanti ħafna. Li m’għandniex nieħdu for granted hu nhar it-3 ta’ Ġunju. Pajjiżna qed isejħilna. Nagħzlu Malta.