ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-ftehim dubjuż fl-isptarijiet qed ikompli jolqot ħażin lill-ħaddiema
Joseph Muscat ma’ zammx kelmtu meta qal li Steward kienu se jżommu l-kundizzjonijiet tal- ħaddiema fl-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 17 il-ħaddiem mhux talli ma żammewx l-istess kundizzjonijiet iżda talli tkeċċew mill-post tax-xogħol tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista juri solidarjetà ma dawn il-ħaddiema.
Bid-deal dubjuż li bih il-Gvern biegħ tliet sptarijiet pubbliċi marru ħażin t-taxpayer, il- pazjent u l-ħaddiema. Vitals ħadu €50 miljun minn ħalq il-poplu Malti u l-unika differenza li ħallew warajhom hija t-toqba kbira ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. L-istudenti baqgħu mingħajr skola medika ġdida. L-apparat mediku nbiegħ għal €1 biss u 63,000 pazjent għadhom jistennew l-ewwel appuntament, u issa l-ħaddiema qed jitkeċċew mill-post tax- xogħol.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista se jibqgħu jiddefendu lill-poplu Malti. Dr Delia diġà fetaħ kawża fil-Qorti biex din tiddikjara l-ftehim mal-Vitals null u l- isptarijiet jerġgħu jingħataw lura lill-poplu.
Stephen Spiteri
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa
07.03.2018