ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Gudja Mark Anthony Sammut u Stefan Caruana, jinnutaw li mil-lum suppost kellha tidħol fis-seħħ fil-lokalità tal-Gudja by-law (lii lokali) proposta minnhom u approvata unanimament mill-Kunsill Lokali kollu sabiex vetturi mhux ta’ residenti ma jkunux jistgħu jitħallew ipparkjati għal iktar minn 24 siegħa.

L-intenzjoni ta’ din il-by-law kienet primarjament li jinqatgħu abbui minn uħud li jħallu l- vettura tagħhom ipparkjata fil-lokalità għal ranet, imgħat u saħansitra xhur sħaħ meta jsiefru, peress li l-lokal huwa z-zona l-iktar viina għall-ajruport internazzjonali ta’ Malta b’konsegwenzi kbar fuq ir-residenti.

F’Lulju, l-Kunsill Lokali ffinalizza din il-by-law u ie notifikat id-Dipartiment u l-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali kif titlob il-lii. Minkejja li għaddew aktar minn sitt imgħat li l-lii tagħti lok lill-Ministru jressaq emendi jew oġġezzjonijiet, il-Kunsill qatt ma rieva ebda emenda jew oġġezzjoni mill-Ministru.

Fil-5 ta’ Ottubru, il-Kunsill Lokali ie biss infurmat mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali li din il-by-law ma setgħetx tii aċċettata għax jeistu l-iskemi ta’ pparkjar kontrollat. Dan meta kulħadd jaf li dawn l-iskemi jinsabu ffriati. Infatti, ftit tal-imghat ilu l-Kunsill Lokali ta’ Birzebbua ressaq applikazzjoni għal din l-iskema, u fl-24 ta’ Ottubru ie infurmat minn Transport Malta li “dawn it-tip ta’ applikazzjonijiet mhux qed jiu milqugħa”.

Fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali tat-23 ta’ Ottubru, fuq proposta tal Kunsillieri Nazzjonalisti, il- Kunsill Lokali kollu qabel li aladarba ma revejna l-ebda emenda jew oġġezzjoni mill- Ministru u mxejna f’kollox skont il-proedura stabbilita, kellna ninfurmaw lill-Ministru b’ittra legali li se nibqgħu għaddejjin u nintroduu din il-by-law.

Ilbierah il-Kunsilliera Laburisti għamlu u-turn u marru kontra ta’ dak li appoġġaw fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill, fejn issa qed jgħidu li se jkomplu jistennew x’jgħidu l-awtoritajiet. B’arroganza ħaru stqarrija f’isem il-Kunsill Lokali kollu mingħajr qatt ma tellgħuha għal diskussjoni quddiem il-Kunsill.

Permezz ta din l-istqarrija, il-Kunsillieri Nazzjonalisti Mark Anthony Sammut u Stefan Caruana qegħdin jiddikjaraw li huma se jaraw li l-proess ikompli miexi skont kif titlob il-lii. Artiklu 35(8) tal-Lii tal-Kunsilli Lokali jitkellem ar u jgħid li jekk il-Kunsill ma jirevi l-ebda oġġezzjoni mingħand il-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali fi mien sitt imgħat, is-Segretarju Eekuttiv għandu jara li l-by-law tii ppubblikata fil-Gazzetta tal- vern u tidħol fis-seħħ b’effett minn xahar wara l-pubblikazzjoni fl-istess gazzetta. Għaldaqstant, illum stess ktibna lis-Segretarju Eekuttiv fejn infurmajnieh li nistennew li hu jibqa’ għaddej u jwettaq dmiru skont il-lii u skont kif kien qabel il-Kunsill fil-laqgħa preedenti, u jippubblika din il-by-law fil-Gazzetta tal-Gvern.

Il-Kunsillieri Nazzjonalisti jwegħdu lir-residenti kollha tal-Gudja li se jieħdu l-miuri kollha possibbli sabiex dak li huwa tal-Gudjani bi dritt, ioe li tidħol fis-seħħ din il-by-law maqbula mill-Kunsill tagħhom wara konsultazzjoni magħhom, iseħħ malajr kemm jista’ jkun. Huma jsostnu li mhu se jħallu lil ħadd u lil xejn iaħħad lill-Gudjani mid-drittijiet tagħhom, la l- Gvern entrali li prova jgħaddihom bi-mien, u lanqas lill-kunsillieri Laburisti li llum jgħidu mod u l-għada jgħidu mod ieħor.

Mark Anthony Sammut

Minority Leader u Kunsillier Lokali

Stefan Caruana

Kunsillier Lokali

14.11.2018