ŻOMM AĠĠORNAT:

Jonqos biss tliet imgħat għall-bidu ta’ sena skolastika dida u l-Gvern għadu ma lestiex it- tħejjijiet biex iwettaq il-wegħda, li kienu ressqu -ewpartiti politii ewlenin fl-aħħar elezzjoni enerali, dik ta’ trasport għall-iskejjel kollha bla ħlas.

Din is-sistema mhux biss iet imwegħda kemm mill-Partit Laburista u mill-Partit Nazzjonalista imma wkoll kienet waħda li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna tkellem fuqha waqt id-diskors tal-bait li kien ressaq fid-9 ta’ Ottubru li għadda. Minkejja kwai sena sħiħa li fiha kien jaf li kellu jwettaq din il-wegħda, il-Gvern għadu qed jitnikker fuqha u issa l-Prim Ministru Joseph Muscat flok qal bid-dettalji kif se taħdem din is-sistema, spiċċa kellu jwiegħed li jikkompensa n-nefqiet li jidħlu għalihom il-enituri.

Il-enituri, l-amministraturi tal-iskejjel u l-operaturi tat-trasport issa ilhom jistqarru bil-miftuħ mal-midja li jinsabu fl-għama kbir mill-Gvern, li mhux biss qed jitnikker imma wkoll mhu qed jikkonsulta ma’ ħadd. Din in-nuqqas ta’ konsultazzjoni u nuqqas ta’ pjan mill-Gvern meta ftit jiema oħra tibda sena skolastika qed ifisser li l-operaturi tat-trasport tal-iskejjel ma jistgħux jippjanaw għax il-Gvern qed joffrilhom biss ħabi u taħwid minflok trasparenza.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jixpruna lill-Gvern, sabiex minnufih jinforma b’mod ar, fil- ħin u bi pjan lil kull min hu involut fis-sistema tat-trasport għall-iskejjel u ma jibqax jitnikker, jaħbi u ma jiddjalogax.

Clyde Puli

Segretarju enerali u Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar l-Edukazzjoni, l-Ivilupp Uman u l-Ħiliet għas-Seklu 21

30.08.2018