ŻOMM AĠĠORNAT:

L-industrija tal-kostruzzjoni qed tera’ taffaċċa problemi fl-ispazju allokat għar-rimi tal- iskart li jinħoloq mill-bini. Dan għaliex il-Gvern m’għandux pjan ambjentali fit-tul li jkun sostenibbli u bil-ħarsien sħiħ tal-ambjent.

Fi mien sena din il-problema tar-rimi tal-iskart u t- terrapin mill-kostruzzjoni regħet tfaċċat wara li l-iskart kien qed jintrema’ f’ewbarrieri fi-urrieq u l-Mqabba, wara li siti oħra kienu mtlew ukoll. Dan in-nuqqas ta’ pjan fit-tul mill-Gvern qed iwassal għal problemi fl-industrija, minħabba li l-kuntratturi m’għandhomx aktar post fejn jarmu l-iskart tal-bini.

Meta l-Gvern qed jibbaa fuq is-settur tal-kostruzzjoni bħala fattur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, kellu jaħseb ukoll fl-oqsma kollha inkluir-rimi tal-iskart li din l-industrija tiġġenera kif ukoll il-ħarsien ambjentali. Issa jidher bi-ar li l-Gvern ma ppjanax fit-tul u lanqas m’għandu alternattivi x’se jiri għar-rimi tat-terrapin. It-terrapin li qed jintrema’ mhux materjal skavat ida huwa materjal mit-twaqqigħ tal-bini u allura mhux tajjeb sabiex jitpoġġa fil-baħar għar-reklamazzjoni tal-art. Dan hekk qed ikun irrappurtat fil-midja li l-Gvern jaf jua dan il-materjal għar-reklamazzjoni tal-art.

Gvernijiet Nazzjonalisti kienu daħlu fi Twinning Project mal-ermanja fuq dan it-terrapin. Dan il-ftehim kien wassal għal numru ta’ soluzzjonijiet biex jonqos u jii riiklat l-iskart tal- kostruzzjoni. Kien ie propost ukoll il-bini ta’ failità nazzjonali minfejn il-materjal jintgħael u jera’ jinbiegħ. Filwaqt li l-Gvern Laburista qed jibbaa fuq is-settur tal- kostruzzjoni għall-ekonomija, jidher ar li dan il-proett għall-bini ta’ din il-failità twarrab.

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera huwa reponsabbli għal dan in-nuqqas ta’ pjan tal- Gvern, għaliex kien jaf li din il-problema ta’ spazju kienet se tera’ titfaċċa minħabba li s-siti u l-barrieri l-oħra kienu mtlew. Minflok ħarebi pjan sostenibbli għas-snin li ejjin, matul dan i-mien il-Gvern m’għamel xejn u għal din il-problema se jergħu jbatu n-nies.

Jason Azzopardi

Kelliem tal-Oppoizzjoni għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u l-Green Initiatives

27.06.2018