ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Gvern ma kellu qatt ikompli bl-ipproessar tal-applikazzjoni tal-ITS quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar meta l-Uffiċċju tal-Awditur enerali għadu ma lestiex il-verifika li ie mitlub jagħmel.

Dan għaliex il-Gvern għandu r-responsabilità u d-dover li jissalvagwardja l-art pubblika u mhux ikun hu l-katalist li jippermetti li jsir abbuminnha.

Il-bejgħ lill-sidien privati tas-sit tal-ITS u l-art anillari ta’ madwarha, li huma fost l-iprem siti li għandu l-Gvern, fil-golden mile ta’ pajjina qajjem diversi mistoqsijiet u sab oġġezzjonijiet kbar minn diversi korpi kostitwiti u assojazzjonijiet tas-sojetà ivili.

ll-Gvern ie akkuat li biegħ art pubblika bi ħlas u payment terms stabbiliti minnu stess, li huma ferm ‘il bogħod mill-valur reali tas-s-sit. Il-Gvern se jkun qed jibor 5 miljun upfront payment u 10 miljun bla imgħax fuq medda ta’ seba’ snin, filwaqt li biex jirriloka l-ITS minn Pembroke, il-Gvern stess qal li se jħallas 74 miljun f’perjodu ħafna iqsar.

Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista jqis li bit-trasferiment ta din l-art għal dan il-valur, il- Gvern ma mexiex fl-aħjar interess tal-poplu kif kien obbligat li jagħmel.

Marthese Portelli

Kelliema tal-Oppoizzjoni għall-Ippjanar, Progetti Kapitali u s-Suq tal-Propjetà

26.05.2018