ŻOMM AĠĠORNAT:

Wara l-pressjoni tal-Oppoizzjoni, l-Ministru Ian Borg stqarr li qed jittamma li tinsab soluzzjoni biex il-bypass tal-Mellieħa tibqa’ b’erba’ karrejati u mhux tonqos għal tlieta, kif kien il-pjan oriinali tal-Gvern.

Il-Kumitat PN Mellieħa qal li permezz tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, l- Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u l-mijiet tar-residenti tal-Mellieħa, li ffirmaw petizzjoni onlajn, wasslu biex il-pjan li kellu l-Gvern ma jsirx u l-bypass tibqa’ b’erba’ karrejati.

Il-Kumitat PN Mellieħa jappella lill-Gvern u l-Kunsilliera Laburisti fil-lokalità biex ma jittieħdux deijonijiet li jmorru kontra l-interess tar-residenti tal-Mellieħa.

15.03.2018