ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Ministru Chris Cardona u l-Prim Ministru għandom obbligu jwiebu. In-nies għandhom dritt ikunu jafu l-verità kollha

Il-Kap tal-Oppozizzjoni Dr Adrian Delia llejla talab lill-Gvern jagħti spjega ara u mingħajr ħabi dwar dak li qed ikun allegat dwar il-Ministru Cardona mill-urnal The Times of Malta. Huwa qal li n-nies għandhom id-dritt li jkunu jafu il-verità kollha dwar l-aħbar li għada kif velat it-Times of Malta dwar il-Ministru Cardona.

L-aħbar li għadha kif ippubblikat it-Times, li hi parti mill-konsorzju internazzjonali ta’ 18-il organizzazzjoni tal-midja, hija waħda serja ħafna u hi konnessa mall-investigazzjoni dwar il- qtil tal-urnalista Daphne Caruana Galizia u ghaldaqstant timmerita investigazzjoni serja u tweibiet serji.

It-Times illejla velat li l-Ministru Chris Cardona ltaqa’ mal-aħwa Degiorgio, li jinsabu akkuati bil-qtil tal-urnalista Daphne Caruana Galizia, kemm qabel kif ukoll wara l-qtil.

Il-Partit Nazzjonalista qed jesii li minnufih ssir investigazzjoni serja, indipendenti u kredibbli mingħajr kull indħil politiku. L-allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront tal-Ministru Cardona ma jistgħux jitħallew għaddejjin qisu m’huma xejn. In-nies jistħoqqilhom li jkunu jafu l-verità kollha fuq dawn l-allegazzjonijiet.

Il-Partit Nazzjoanlista qed jitlob biex il-Gvern joħroil-verità kollha biex ma tibqax issir aktar ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta bl-air u bil-ħabi tal-Gvern u b’attitudni ta’ impunità. Dan hekk kif l-għajnejn tad-dinja kollha issa jinsabu fuq pajjina.

Dan huwa l-mument li fih Joseph Muscat irid jieħu d-deijonijiet biex ir-reputazzjoni ta’ pajjina tibqa’ mħarsa, u biex ma jintilifx l-investiment u x-xogħol tan-nies għaliex nidhru li aħna pajjifejn qed tirrenja l-impunità.

17.04.2018