ŻOMM AĠĠORNAT:

L-Oppoizzjoni kitbet u talbet uffijalment lill-Gvern biex il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera jispjega fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent fejn waslet ir-revijoni tal-Fuel Stations Policy. Dan kif inhu dmiru u wara li din ir-revijoni kienet imħabbra mill-istess Ministru Herrera disa’ xhur ilu.

L-Oppoizzjoni tinnota li l-Gvern qed jagħmel minn kollox biex jevita din it-talba u qed ikaxkar saqajh biex jilqa’ din it-talba li saritlu għad-diskussjoni fil-Parlament dwar din ir- revijoni. Dan wara li l-Gvern għael li ma jilqax it-talba li saritlu mid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi u Marthese Portelli.

Għalhekk l-Oppoizzjoni, filwaqt li tinnota b'dispjair u tħassib kif il-Gvern ma aċċettax it- talba li saritlu, tibqa’ ttenni t-talba tagħha. L-Oppoizzjoni tistenna li f'suġġett bħal dan, il- Gvern ma jibqax jitnikker u jlaqqa' l-Kumitat Parlamentari ghall-Ambjent, jekk hemm bonn qabel il-ftuħ mill-did tal-Parlament x-xahar li ej, biex il-poplu jkun infurmat.

Jason Azzopardi

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u l-Green Initiatives

Marthese Portelli

Kelliema tal-Oppozizzjoni dwar il-Proġetti Kapitali, l-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà

15.09.2018