ŻOMM AĠĠORNAT:

L-ahbar li l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) qed tinvestiga l-FIAU hija daqqa ta’ ħarta kbira għar-reputazzjoni ta’ Malta. Il-Gvern mhux qed jieħu d-deijonijiet li hemm bonn sabiex ir-reputazzjoni li n-nies ħadmu għalih tii mħarsa kif xieraq biex ma jintilfux xogħlijiet f’dan is-settur.

L-FIAU mhix l-unika awtorità f’Malta li tinsab taħt investigazzjoni mill-EBA, l-MFSA ukoll tinsab taħt investigazzjoni minħabba l-bank Pilatus. L-FIAU naqset milli tieħu passi serji fil- konfront ta’ bank Pilatus, li -chairman ta’ dan il-bank Ali Sadr jinsab akkuat fl-Istati Uniti b’rabta ma’ allegat ħasil ta’ flus. In-nuqqasijiet li wasslu għal dawn l-investigazzjonijiet saru taħt il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-bank Pilatus ingħata l-lienzja biex jaħdem f’Malta taħt il-Ministru Scicluna.

L-FIAU mhix l-unika awtorità li naqset minn dmirha f’dan il-ka, l-Avukat enerali seta’ joħroinvestigation order u l-Kummissarju tal-Pulizija seta’ investiga permezz tal-Economic Crimes Unit.

L-eksKummissarju tal-Pulizija Michael Cassar irrienja ranet wara r-rapport tal-FIAU dwar il-bank Pilatus u l-eksDirettur tal-FIAU Manfred Galdes irrienja ftit tal-imgħat wara li r- rapport ingħata lill-Pulizija. Tkeċċa wkoll l-Ispettur Jonathon Ferris mill-FIAU, li l-Ministru Scicluna baqa’ jirrifjuta li jgħid jekk kellux rwol fit-tkeċċija tiegħu.

ewentitajiet li tagħhom huwa politikament responsabbli l-Ministru Edward Scicluna naqsu milli jwettqu dmirijiethom fir-rigward tal-bank Pilatus u r-riultat huwa li aenziji internazzjonali qed jinvestigaw awtoritajiet Maltin, bi ħsara għar-reputazzjoni ta’ Malta. Il- Ministru Scicluna huwa l-ewwel ministru għall-finanzi li taħtu qed jiu investigati awtoritajiet li huwa politikament responsabbli għalihom mill-EBA.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun il-vui tan-nies u se jibqa’ jaħdem bla heda biex f’pajjina l-istituzzjonijiet jergħu jissaħħu mill-did u tii mħarsa bl-aħjar mod ir- reputazzjoni ta’ Malta.

Mario de Marco

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Finanzi

Simon Busuttil

Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar il-Governanza Tajba

08.06.2018