ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Progett ta’ Barts f’Ghawdex għadu biss ħofra għaliex il-Gvern biegħ l-uniku sptar li hemm f’Għawdex lil Vitals, li m’għandha bla ebda esperjenza fil-qasam mediku. Il-Gvern għandu l-aħħar ans li jieħu l-aħjar deijoni u jera’ jagħti l- isptarijiet lura lill-poplu.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-Isptar enerali ta’ Għawdex, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex Chris Said qal li l-ftehim mal-Vitals qed jipperikola wkoll l-investiment tal-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex, għaliex dik li kellha tkun l-iskola li minnha jaħdmu Barts għadha biss ħofra. Qal li Vitals kulma għamlu kien li kissru l-garaxx tal-ambulanza u l-canteen biex issa l-Isptar enerali ta’ Għawdex m’għandux dawn il-failitajiet għall-pazjenti.

Chris Said enfasizza li lanqas mhu magħruf min huma s-sidien tal-Vitals u kif il-Kap tal-Oppoizzjoni Adrian Delia staqsa lill-Ministru tal-Finanzi kemm il- darba fil-Parlament sabiex jgħid min huma l-vera sidien. Qal li sa’ Mejju li ej kellu jkun hemm sptar modern f’Għawdex li jakkomoda 450 pazjent, ida sal- lum m’hemm xejn.

Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwarl-Edukazzjoni u l-Affarijiet Sojali f’Għawdex Frederick Azzopardi fakkar kif il-Gvern Laburista neħħa r- responsabbiltá tas-saħħa f’Għawdex minn idejn l-Għawdxin. Wara ddeieda wkoll li l-uniku sptar tal-Għawdxin jagħtih lill-barranin, u dan fi ftehim li sal- lum għadu sigriet.

Frederick Azzopardi qal li l-Vitals lanqas esperjenza li jmexxu klinika għira ma kellhomx u wisq inqas li jmexxu sptar enerali. Saħaq li l-iskola medika ta’ Barts, li kellhom jibnu Vitals, kellu tkun lesta xhur ilu ida fuq is-sit hemm biss ħofra. Enfasizza li l-Gvern għandu jera’ jieħu taħt idejh l-isptarijiet u jera’ jagħtihom lill-poplu Malti u Għawdxi.

Chris Said

Kelliem tal-Oppoizzjoni għal Għawdex u r-riforma Kostituzzjonali

Frederick Azzopardi

Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar l-Edukazzjoni u l-Affarijiet Sojali f’Għawdex

07.02.2018