ŻOMM AĠĠORNAT:

Is-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta huwa wieħed b’saħħtu, u fih hemm jaħdmu eluf ta’ professjonisti ħabbrieka li ta’ kuljum, iwettqu ħidma importanti kemm għall-kumpaniji li jaħdmu fihom, kif ukoll għall-pajji. M’aħniex se nħallu l-ftit individwi li qed iħammu isem pajjina jagħmlu ħsara lil dan is-settur tant importanti għall-ekonomija Maltija.

Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani fl-uffiċċju tiegħu fi Brussell. Din kienet l-ewwel laqgħa ta’ Adrian Delia ma’ Antonio Tajani minn meta Adrian Delia ie elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Adrian Delia rrefera b’mod partikolari għall-aħħar viluppi b’rabta mal-arrest ta-Chairman tal-bank Pilatus fl-Istati Uniti, u qal li hu bħala Kap tal-Oppoizzjoni mhux se jippermetti li l- Gvern ikompli jagħmel din il-ħsara kollha lis-settur tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta, kemm mill-lat ta’ reputazzjoni, kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-eluf ta’ impjiegi f’dan is- settur.

Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien hemm is-Segretarju enerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa, u s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight.

22.03.2018