ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llum ħalla Malta biex jattendi għas-summit tal- Partit Popolari Ewropew (PPE) li se jsir fi Brussell. Matul dan is-summit Dr Delia se jiltaqa’ mal-Kapijiet ta’ Stat u gvernijiet kif ukoll ma mexxejja oħra tal-Oppoizzjoni tal-partiti membri fil-PPE.

Dr Delia huwa mistenni li wkoll jkollu numru ta’ laqgħat bilaterali li matulhom se jkompli jitkellem fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi.

16.10.2018