ŻOMM AĠĠORNAT:

Bħal-lum sebgħin sena iet ippubblikata d-Dikjarazzjoni universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din id-dikjarzzjoni mhix sempliement biċċa karta jew tifkira storika imma huwa dokument li jibqa’ ħaj u fundamentali għal kull wieħed u waħda minna. Kull ittadin għandu jkun konxju tad-drittijiet u l-obbligi tiegħu minn u lejn is-sojetà ida jrid ikun l-Istat li f’sistema verament demokratika jkun il-garanzija assoluta ta’ dawn id-drittijiet.

F’pajjina, għalkemm fid-deher u fuq il-karta, nistgħu nidhru pajjili jista’ jiftaħar bl-avvanzi fid-drittijiet tal-bniedem, il-korruzzjoni, n-nuqqas ta’ governanza tajba u t-theddida kontinwa għas-saltna tad-dritt qed inawwru mill-vera drittijiet fundamentali tal-bniedem f’pajjina.

Filwaqt li l-Ewwel Artiklu tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem jiddikjara li kull persuna titwieled ħielsa w ugwali fid-dinjità u d-drittijiet, l-istess artiklu jfakkar ukoll li kull persuna hija mogħnija bir-rauni u l-kuxjenza u li għaldaqstant għandha taixxi fi spirtu li aħna lkoll aħwa.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, jagħmilha ara li l-korruzzjoni, fejn il-ftit jiffangaw minn fuq dahar il-ħafna, u n-nuqqas ta’ governanza tajba, fejn tirrenja n-nuqqas ta’ trasparenza, huma ksur dirett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem għaliex Stat li jkun mifni b’dawn il-pjagi, ma’ jistgħax jiggarantixxi d-drittijiet tal-iktar membri vulnerabbli li hu suppost qed jindokra.

Il-Partit Nazzjonalista jħeġġelill-membri kollha tas-sojetà Maltija sabiex jagħrfu l-frailità tad-drittijiet tagħhom u ma jkunux passivi lejn min joħolqilhom theddida kontinwa għall- istess drittijiet. Ifakkar ukoll li l-Istat għandu r-responsabbiltà li jiggarantixxi KULL dritt lil KULL individwu f’pajjina ida dan ma’ jistgħax jagħmlu meta huwa mifni b’kaijiet lampanti ta’ korruzzjoni u ksur tas-saltna tad-dritt.

Claudette Buttigieg

Kelliema tal-Oppoizzjoni dwar id-Drittijiet Indaqs, il-Libertajiet ivili u d-Drittijiet ta- ittadin

10.12.2018