ŻOMM AĠĠORNAT:

Joseph Muscat irid jua r-riforma tal-Kostituzzjoni biex jaħbi l-problemi li ħoloq u li se jħalli warajh

"Jekk għal Joseph Muscat ir-riforma tal-Kostituzzjoni tfisser biss it-tneħħija tal-kurifissi mill-klassijiet, għalina tfisser it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet bħala tarka ta-ittadin onest." Il- Kap tal-Oppoizzjoni Adrian Delia qal dan waqt intervista li saritlu mill-urnalist Sergio Mallia fuq Radio 101.

Adrian Delia spjega li minflok 'l-aqwa fl-Ewropa', Joseph Muscat kissrilna l-istituzzjonijiet u qed ikollna nagħtu rendikont tar-reputazzjoni tagħna barra minn Malta. Il-Partit Nazzjonalista lest jiddiskuti r-riforma tal-Kostituzzjoni sabiex insaħħu l-istituzzjonijiet tagħna biex niddefendu li-ittadin onest, u biex niġġieldu l-abbui kbar li seħħew taħt Joseph Muscat. Minflok Joseph Muscat qed iwaqqa' r-riforma tal-Kostituzzjoni f'semplii logħba politika biex jgħatti xturu dwar nuqqasijiet serji ta' governanza tajba, bħal kif ara fil-kaijiet tal- Vitals, l-art ta-onqor u l-Università Amerikana. Huwa saħaq li l-ebda diversiv mhu se jwaqqaf lill-Partit Nazzjonalista milli jitkellem dwar il-bonnijiet tal-poplu u f'isem il-poplu. Il-Partit Nazzjonalista se jibqa' jkun partit poittiv u oppoizzjoni b'saħħitha.

Adrian Delia qal li Joseph Muscat issa kkonferma li se jitlaq u se jħalli warajh problemi li ħoloq hu stess bħalma huma l-bejgħ tal-isptarijiet tal-poplu u l-għoti tal-art fi-onqor lil spekulaturi barranin. Huwa qal li l-problemi tal-pajjimhux se jissolvew bil-lieda għall- poter li dià bdiet fil-Partit Laburista. lieda li bdiet bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li se jwarrab.

B'kuntrast ma' dan, Dr Adrian Delia wettaq reshuffle b'diversi innovazzjonijiet li jirriflettu l- ħtiijiet diversi tan-nies. Dan ir-reshuffle jirrifletti vijoni u mod did fil-politika, fejn dak li huwa tajjeb insaħħuh u dak li huwa ħain inwarrbuh. Dan ir-reshuffle huwa sinjal ar li Partit Nazzjonalista huwa kapai jfassal pjan konkret għall-futur ta' pajjina u t'uliedna.

11.02.2018