ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Gira jirrijaffermaw li l-ebda att ta’ intimidazzjoni mhu se jaqtalhom qalbhom mill-impenn u l-ħidma tagħhom b’risq ir-residenti tal-lokalità.

Fid-dawl tal-attentat li seħħ fuq il-Kunsillier Nazzjonalista Jeremy Cardona, waqt laqgħa b’urenza tal-Kunsill Lokali, il-Kunsillieri Nazzjonalisti ressqu mozzjoni li iet approvata b’mod unanimu fejn fiha talbu lill-Kunsill Lokali sabiex jitlob formalment lill-Awtoritajiet konernati ħalli jassiguraw protezzjoni u sigurtà adegwata kemm lill-membri tal-Kunsill Lokali kif ukoll lill-impjegati tal-istess Kunsill.

Fl-istess mozzjoni, il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Gira fakkru li kull kunsillier qiegħed joffri s-servizzi tiegħu bla ħlas u mingħajr ebda interess personali. Dan kollu qed jagħmluh sabiex ikunu ta’ servizz għar-residenti tal-lokalità li jirrapreentaw.

Fin-nuqqas ta’ pjan fit-tul min-naħa tal-Gvern għall-kostruzzjoni fil-Gira, li jinkludi l-ħarsien tar- residenti u l-ambjent, fil-imgħat li gejjin il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Gira se jieħdu l-passi meħtiea biex iressqu għall-approvazzjoni tal-Kunsill proposti konkreti biex ir-residenti ma jibqgħux ostaġġi fi djarhom u fil-lokalità taghhom minħabba li m’hemmx pjan fit-tul.

Il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista jħeġġu lir-residenti sabiex jersqu ‘l quddiem bl-ilmenti tagħhom biex tii megħluba din il-problema li nħolqot minħabba nuqqas ta’ pjan mill-Gvern u l- awtoritajiet.

Wayne Hewitt

Minority Leader

Graziella Attard Previ

Kunsilliera

Jeremy Cardona

Kunsillier

01.06.2018

communications@pn.org.mt