ŻOMM AĠĠORNAT:

F’5 snin taħt joseph Muscat il-Maltin m’għadomx iħossuhom li qed jgħixu fl-aktar post sigur fl-Ewropa, imma sar l-aktar poplu mbeżża’ bil-kriminalità f’pajjihom. Dan qalu l-Kap tal- Oppoizzjoni Adrian Delia meta indirizza diskussjoni politika fil-Belt Valletta. Huwa kien qed jikkwota l-Ewrobarometru li jgħid li b’45%, il-Maltin huma l-aktar fl-Ewropa li huma nkwetati bil-kriminalità f’pajjihom. Huwa qal li il-Gvern mhux jinvesti fil-Korp tal-Pulizija u mhux jagħtihom ir-riorsi li jeħtieu u qed iħallihom immexxija minn Kummissarju li ħadd m’għandu fiduja fih.

Dr Delia qal ukoll li dan il-Gvern sab il-flus biex jagħtihom lill-investituri misterjui wara l- Vitals u d-deal dubjuli bih ingħataw l-isptarijiet pubblii ida ma sabx flus sabiex jindirizza l-problemi tan nies fosthom is-sigurtà, l-faqar u l-kwalità tal-ħajja.

“Mhux se nieqaf nitkellem fuq is-saħħa meta l-Gvern qed jiftaħar li qed jagħmel il-miljuni bil-bejgħ tal-passaporti u imbagħad m’għandux il-flus għall-pazjenti. Jgħid li qed jagħmel is- surplus imbagħad iib il-barranin biex imexxu l-isptarijiet tagħna meta t-tobba u l- professjonisti tagħna huwa l-aqwa fl-Ewropa.” Qal Adrian Delia.

Dr Delia rea’ staqsa fejn marru l-50 miljun li l-Gvern ta lil Vitals meta ma wettqu l-ebda investiment. Adrian Delia mar il-Qorti biex jiftaħ kawa sabiex jibqa’ jiġġieled għad-drittijiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Din il-kawa qed titlob lill-Qorti tiddikjara null id-deal dubjuma’ Vitals u l-isptarijiet jergħu jingħataw lill-poplu.

Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista ngħata ir-raun fuq ħafna affarijiet, kif rea’ ngħata raun wkoll dwar il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dan meta nfetħet kawa fil-Qorti biex ir-rieda tar-residenti f’San Pawl il-Baħar tii rispettata. Sostna li l-politika tal-Partit Nazzjonalista se tibqa’ qrib tan-nies, sabiex nifhmu u naraw dak li huwa importanti għan- nies.

25.02.2018