ŻOMM AĠĠORNAT:

“Jeħtieli l-Maltin u l-Għawdxin li għandhom in-negozju jew rabtiet kummerjali oħra mar- Renju Unit jkollhom is-serħan tal-moħħ kif u b’liema kundizzjonijiet se jsir il-Brexit.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta llum attenda għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) fi Brussell fejn flimkien mal-Kapijiet ta’ Stat u mexxejja oħra tal- Oppoizzjoni ddiskuta l-Brexit, l-immigrazzjoni irregolari u s-saltna tad-dritt.

Dr Delia qal li wara l-vot li l-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May rnexxilha tirbaħ ilbieraħ, xorta waħda fadal numru ta’ mistoqsijiet li għad iridu jiu mwieba dwar il-Brexit, u l-mod u l-kundizzjonijiet kif ir-Renju Unit se jkun qed joħromill-Unjoni Ewropea. Huwa qal li jeħtieli jkollna l-konfort u s-serħan tal-moħħ tal-kontinwità tan-negozju. Dwar l- immigrazzjoni, Adrian Delia qal li l-immigrazzjoni irregolari hija fost l-aktar li qed tħasseb li-ittadini madwar l-Ewropa. Huwa qal li bħala pajjijeħtieli nieħdu poizzjoni ara fejn nibqgħu nħarsu l-fruntieri u t-territorju tagħna.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li huwa surreali kif il-Ministri tal-Gvern qegħdin jgħawwu l-verità u l-konklujonijiet ta’ rapporti Ewropej, internazzjonali u tal-Awditur enerali u qegħdin isejħulhom ertifikat ta’ best practice, meta dawn huma kundanna ara għall-Gvern. Adrian Delia qal li din is-sitwazzjoni hija ta’ tħassib għall-Maltin għaliex il- ħsara li qed issir lir-reputazzjoni ta’ Malta se tispiċċa biex taffettwa ħain lil pajjina.

Għas-summit fi Brussell attendew ukoll il-President tal-PPE Joseph Daul, i-Chairman u kandidat għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea Manfred Weber, il-President tal- Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, l-Kap negozjatur tal-Brexit Michel Barnier u mexxejja Ewropej oħra fosthom il-Kanillier ermaniAngela Merkel. Qabel il- ftuħ tas-summit inammet minuta silenzju b’tifkira tal-vittmi tal-isparatura fi Strasburgu.

Matul dan is-summit tal-PPE, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali tal-partit Roselyn Borg Knight.

13.12.2018