ŻOMM AĠĠORNAT:

“Il-Partit Nazzjonalista jagħti importanza kbira lill-isport u jemmen li s-settur sportiv f’pajjina għandu jingħata l-importanza li jistħoqqlu. Dan jgħodd ukoll għall-motorsport li huwa sport li qiegħed dejjem jikber. Sfortunatament fil-budget il-Gvern naqas li jagħti l- importanza li jixraq lill-isport”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa ma’ delegazzjoni tal-Malta Motorsport Federation.

Dr Delia qal li l-Gvern issa ilu s-snin jwiegħed li se jibni trakka għad-dilettanti tal- motorsport, ida għal darb’oħra f’dan il-budget rea’ ma kien hemm xejn. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti s-sapport lill-Federazzjoni għall-bini ta’ trakka għall-motorsport, u dak li l-Gvern ilu jwiegħed irid iwettqu.

Adrian Delia qal li trakka għandha sservi bħala opportunità biex id-dilettanti tal-motorsport jipprattikaw l-isport favorit tagħhom. Huwa qal li l-Gvern mhux qed jipprovdi biżżejjed finanzjament għall-motorsport, spejalment meta wieħed iqis l-unuri internazzjonali li nkisbu. Dan meta l-motorsport huwa sport ieħor, fejn l-isportivi qed jakkwistaw riultati importanti għal pajjina u għalhekk jistħoqqlu jingħata r-rikonoxximent.

Matul din il-laqgħa, d-delegazzjoni tal-Malta Motosport Federation kienet immexxija mill- President tal-Federazzjoni Toni Cini. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar i-għaagħ, l-Isport u l-lieda kontra l- Obeità Ryan Callus.

05.11.2018