ŻOMM AĠĠORNAT:

Tħabbret il-mewt ta’ Evelyn Vella Brincat li kienet membru tal-Kunsill Amministrattiv tal- Partit Nazzjonalista u President tal-Kulleġġ Kandidati tal-PN. Hija kienet ukoll minority leader fil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke u preentattrii ta’ programmi kemm fuq NET TV kif ukoll NET FM.

Evelyn Vella Brincat kienet ilha attiva fil-politika għal numru ta’ snin u kkontestat ukoll l- elezzjoni enerali mal-Partit Nazzjonalista. Hija kienet attiva ukoll fil-qasam volontarju fejn għamlet mien membru tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa u membru fundatur tal-Metastatic Breast Cancer Malta Support Group fost l-oħrajn.

Evelyn Vella Brincat tibqa’ magħrufa għall-karattru twajjeb tagħha u li baqgħet sal-aħħar tiġġieled l-inustizzji fis-sojetà u favur id-drittijiet tal-annimali.

Filwaqt li jesprimi sogħba, l-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba tagħha.

Clyde Puli

Segretarju enerali

18.08.2018