ŻOMM AĠĠORNAT:
Il-Prim Ministru jammetti l-falliment tal-Gvern tiegħu fl-immigrazzjoni u fl-infurzar tal-liġi
Il-Prim Ministru llum ammetta b’mod dirett li huwa falla kompletament fis-settur tal- immigrazzjoni illegali. F’diskors fuq One Radio huwa ddikjara li ntilef l-kontroll fuq is- sitwazzjoni fil-pajjiż b’mod speċjali fil-Marsa, l-Ħamrun, Santa Venera u Birkirkara.
Ammetta li m’hemmx nfurzar u l-liġijiet tal-pajjiż mhux qegħdin jiġu rispettati. Dikjarazzjonijiet li juru li Joseph Muscat sab ruħu f’kantuniera sforz kemm ittraskura dan is- settur. Kliem li jkomplu jsostnu kemm għandu raġun l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li jinsisti li l-għases ikunu miftuħa u jiżdiedu l-Pulizija fihom. Sadanittant in-nies jibqgħu mħassba fit-toroq tagħna.
23.09.2018