ŻOMM AĠĠORNAT:

“Il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux qed jgħid il-verità lin-nies u ilu jidħak bil poplu Malti u Għawdxi kollu, tant li issa mhu qed jemmnu ħadd.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt konferenza tal-aħbarijiet. Matul il-konferenza Adrian Delia qal il-fatti kollha wara xulxin kif ħaru dwar il-kumpanija misterjua 17 Black.

Dr Delia qal li mhux vera li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jistenna l-konklujoni tal- inkjesta biex jieħu deijoni dwar i-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi. Dan għaliex waħda qed iwaqqafha bl-appelli li qed jagħmel u l-inkjesta l-oħra qed jghid li mhix kontra tagħhom.

Joseph Muscat mhux qed jgħid il-verità.

Adrian Delia qal li Joseph Muscat minn banda jgħid li ma jistax ikun jaf kontra min hemm inkjesta għaddejja dwaru u minn banda l-oħra jgħid li mhix kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi. Huwa qal li Joseph Muscat qed jgħid li l-inkjesta hija biss kontra 17 Black, li fl-ebda ħin il-Prim Ministru ma jsemmiha b’isimha, mentri dan ma jista’ jkun qatt.

Joseph Muscat mhux qed jgħid il-verità.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Joseph Muscat jgħid illi l-Kap tal-Oppoizzjoni qal li hemm inkjesta kontra l-kumpanija 17 Black biss, mentri Adrian Delia kien staqsa b’mod ar u dirett fil-konfront ta’ min hi l-inkjesta.

Joseph Muscat mhux qed jgħid il-verità.

Dr Delia qal li Joseph Muscat qed jgħid li ma jara l-ebda konnessjoni bejn il-kumpanija 17 Black, Keith Schembri u Konrad Mizzi meta dawn iddikjaraw li kienu se jirievu 150,000 fix-xahar mingħand l-istess 17 Black fil-kumpaniji sigrieti tagħhom f’pajjili fih isir il-ħasil tal-flus.

Joseph Muscat mhux qed jgħid il-verità.

Adrian Delia qal li Joseph Muscat fi programm ta’ diskussjoni kien qal li Keith Schembri jirrienja mal-ewwel jekk ikun hemm investigazzjoni kriminali kontrih ida Keith Schembri baqa’ ma rrienjax.

Joseph Muscat mhux qed jgħid il-verità.

Dr Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħalef lealtà bil-urament lejn il-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-ħarsien tal-poplu Malti u Għawdx. Joseph Muscat qed iħares biss l-interess ta’ Keith Schembri.

Joseph Muscat mhux qed jgħid il-verità. Joseph Muscat ilu jidħak bil poplu Malti u Għawdxi kollu. Issa mhu qed jemmnu ħadd.

Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Vii Kap għall-Affarijiet Parlamentari David Agius u l-Kelliema għall- Ekonomija, s-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazzjoni Kristy Debono.

21.11.2018