ŻOMM AĠĠORNAT:

Jeħtieinkjesta verament indipendenti quddiem il-gideb ta’ Steward u tal-awtoritajiet

Il-midja kixfet lill-Gvern dwar il-mewt ta’ pazjent Għawdxi minħabba li ma kienx hemm ħelikopter tal-kumpanija privata Steward Healthcare li qed titħallas aktar minn miljun ewro għal dan is-servizz.

Il-midja rrappurtat kif Għawdxi tah attakk tal-qalb, iddaħħal l-isptar ta’ Għawdex fl-10am, suppost kellu jittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei b’ħelikopter tal-kumpanija Steward Healthcare li qed tmexxi l-isptar ta’ Għawdex, il-ħelikopter ida ma kienx disponibbli, il- pazjent tah attakk tal-qalb ieħor fl-isptar ta’ Għawdex. Fl-4.30 ta’ wara nofsinhar ittieħed l- isptar Mater Dei u miet.

Din l-istorja dià traika dwar mewt fiha ingredjenti oħrajn ta’ ħabi minn Steward Healthcare u mill-awtoritajiet li ppruvaw jaħbu l-fatti dwar din il-mewt, li waslet tort tal-privatizzazzjoni li issa qed thedded ħajjet u saħħet l-Għawdxin.

Għas-servizz ta’ ħelikopter għal pazjenti Għawdxin, il-Gvern qed iħallas lil Steward Healthcare 1,200,000 fis-sena, meta qabel il-Gvern kien iħallas lill-Forzi Armati medja ta’ 28,000 fis-sena għall-istess servizz (il-Gvern kien iħallas lill-armata 800 għal kull vjaġġ li minnhom isiru medja ta’ 35 fis-sena).

Dan il-kata’ pazjent li tah attakk tal-qalb u ma kienx hemm ħelikopter ta’ Steward Healthcare biex jieħdu l-Isptar Mater Dei mhuwiex l-ewwel wieħed. Meta kien hemm il-karelatat ma’ Anton Refalo wkoll ma kienx hemm ħelikopter.

L-Oppoizzjoni tistqarr li:

· Huwa ar li l-privatizzazzjoni tal-isptar ta’ Għawdex saret għall-flus u askapitu tal-ħajja u s-saħħa tal-Għawdxin;

· L-awtoritajiet jeħtiejerfgħu r-responsabbiltà għall-ħabi dwar dan il-kakif jirriulta fir-rapporti tal-media indipendenti;

· Jeħtieli ssir inkjesta tassew indipendenti dwar dan il-kabiex jintrefgħu r- responsabbiltajiet tal-mewt ta’ pazjent Għawdxi, fil-kuntest ta’ privatizzazzjoni b’dannu lill- Għawdxin.

Chris Said

Kelliem tal-Oppoizzjoni għal Għawdex u r-Riforma Kostituzzjonali

05.09.2018